Miljun Euro ghal centru tal-ghawm gdid fis- Sirens

view1-w800-h600

Malli jintemm is-sajf, fil-baħar, eżatt fuq barra tal-klabb tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar, għandu jibda x-xogħol fuq ilqugħ għall-maltemp speċjalment jekk ikun ġej mill-Grigal. Dan jista’ jitqies bħala l-ewwel fażi minn proġett ikbar li se jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada bi sħab bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-klabb tas-Sirens biex dan l-uniku klabb tal-għawn fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, jiġi mmodernizzat biex ikun jista’ jagħti servizz lil aktar tfal u żgħażagħ mill-akwati.

B’investiment ta’ mill-inqas miljun Ewro, il-proġett tal-klabb tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar, jikkonsisti fil-bini ta’ ċentru għall-isports akwatiku b’żewġ pixxini, waħda barra kif hemm illum u se tiżdied oħra fuq ġewwa, kif ukoll il-faċilita ta’ gym. Il-pixxina ta’ barra se tgħola biex tkun ‘il fuq mil-livell tal-baħar u se jibda jintuża ilma ħelu biex ikun jista’ jissaħħan u tintuża s-sena kollha. Anki l-pixxina ta’ ġewwa li se tkun 20 metru b’sitt metri u se tintuża l-aktar għat-tagħlim tat-tfal se tkun imsaħħna. Fuq il-pixxina ta’ ġewwa u l-gym se jkun hemm il-‘Club House’ tas-Sirens Aquatic Sports Club.

Kelliem għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada qal lil Television Malta li l-fondi għal dan il-proġett se jiġu minn fondi nazzjonali u x-xogħol se tagħmlu l-Fondazzjoni b’konsultazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u s-Sirens Aquatic Sports Club. Qal li għadha kemm ġiet sottomessa l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar li qiegħda tiġi pproċessata u kif joħroġ il-permess ikun jista’ jibda’ x-xogħol.

Il-President tal-klabb tas-Sirens, Lino Vella, qal li x-xogħol irid isir f’għaxar xhur biex il-klabb li għandu mal-400 atleta ta’ livell għoli bejn għawwiema, plejers tal-waterpolo u syncoronised swimming kif ukoll il-mijiet ta’ tfal li speċjalment fis-sajf jattendu għal lezzjonijiet tal-għawm, ma jħarbtulhomx ir-rutina tat-taħriġ. Il-klabb tas-Sirens fl-aħħar xhur investa f’coaching minn gold medalist tal-Olimpjadi biex kompla jagħmel il-klabb fost l-ogħla akkademja tal-għawm u nursery tal-waterpolo. Mill-istaġun li ġej l-investiment fil-coaching se jkompli jissaħħaħ bl-ingaġġ ta’ coach ieħor tal-livell tal-Olimpjadi.

“L-iskop tal-proġett li għandna mal-Ministeru tal-Edukazzjoni huwa li t-tfal kollha li huma taħt-il 11-il sena ikollhom training tas-swimming għax hawn f’San Pawl il-Baħar m’hawn l-ebda bajja fejn jistgħu jitħarġu, fejn dawn li bħalissa fl-iskola jgħoddu 1,200 by the age of 11 jitgħallmu jgħumu u jagħmlu at least 50 metres freestyle. Dak huwa parti mill-kurrikulu li aħna qed nipproġettaw għall-futur.”

Minn dan il-proġett se jibbenefikaw it-tfal li jattendu l-iskejjel tal-madwar, partikolarment dawk tal-Kullegg Maria Regina, magħhom se tibbenefika wkoll il-komunità lokali u anki dawk kollha mir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar u l-Mellieħa fost oħrajn jużaw il-faċilitajiet ta’ dan il-klabb f’San Pawl il-Baħar.

 

Link – http://www.tvm.com.mt/mt/news/miljun-ewro-ghal-centru-tal-ghawm-gdid-fis-sirens/?src=hm

 

Reply

Post your comments below:

  • Sirens Gallery

    dscf0999-w800-h600
  • Sirens Connect

    Subscribe to our newsletter to keep updated with news and information about upcoming events.

     
  • Sirens Calendar

    August 2017
    M T W T F S S
     123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    28293031EC